MDA welcomes Government proposal to reintroduce trade schools

The Malta Development Association strongly welcomes the Government’s proposal to reintroduce vocational and trade schools.

MDA has been calling for greater emphasis on vocational education and the revival of trade schools for many years. We are therefore pleased that this important issue is once again on the national agenda.

Malta’s education system must recognise that academic education is not the only route to a successful career. Young people have different abilities and talents, and those with practical and technical strengths should be given the opportunity to develop them into respected professions.

Electricians, plumbers, builders, carpenters, technicians and other skilled tradespeople are essential to Malta’s economy and can enjoy strong career prospects, financial independence and opportunities to establish their own businesses.

MDA President Michael Stivala said:

“Trade schools are something MDA has been advocating for for many years. We welcome the Government’s initiative and believe it can create valuable opportunities for young people who are better suited to practical and technical learning.”

“Choosing a trade should never be seen as a lesser option than following an academic career. Skilled workers are professionals and deserve the same respect and encouragement.”

MDA believes modern trade schools should reflect today’s economy, including traditional trades together with modern construction methods, electrical and mechanical systems, renewable energy and new technologies.

Industry should also be involved in developing courses and apprenticeships so that training reflects real workplace needs.

MDA looks forward to contributing actively to the consultation process.

L-MDA tilqa’ l-proposta tal-Gvern biex jerġgħu jiddaħħlu l-iskejjel tal-artiġjanat u l-iskejjel vokazzjonali

Il-Malta Development Association (MDA) tilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-proposta tal-Gvern biex jerġgħu jiddaħħlu l-iskejjel vokazzjonali u tal-artiġjanat.

Għal bosta snin, l-MDA ilha tappella biex tingħata aktar importanza lill-edukazzjoni vokazzjonali u biex jerġgħu jiġu introdotti l-iskejjel tal-artiġjanat. Għaldaqstant, l-Assoċjazzjoni tilqa’ b’mod pożittiv il-fatt li din il-kwistjoni importanti reġgħet tinsab fuq l-aġenda nazzjonali.

Is-sistema edukattiva ta’ Malta għandha tirrikonoxxi li l-edukazzjoni akkademika mhijiex l-unika triq lejn karriera ta’ suċċess. Iż-żgħażagħ għandhom abbiltajiet u talenti differenti, u dawk li għandhom kapaċitajiet prattiċi u tekniċi għandhom jingħataw l-opportunità jiżviluppaw dawn il-ħiliet f’professjonijiet rispettati u ta’ valur.

Elettriċisti, plumbers, bennejja, mastrudaxxi, tekniċi u ħaddiema oħra tas-sengħa huma essenzjali għall-ekonomija ta’ Malta. Dawn il-professjonijiet joffru prospetti tajbin ta’ karriera, indipendenza finanzjarja u anke l-opportunità li wieħed jibda u jmexxi n-negozju tiegħu stess.

Il-President tal-MDA, Michael Stivala, qal:

“L-iskejjel tal-artiġjanat huma xi ħaġa li l-MDA ilha għal bosta snin tappella biex jerġgħu jiġu introdotti. Għalhekk nilqgħu l-inizjattiva tal-Gvern u nemmnu li din tista’ toħloq opportunitajiet siewja għaż-żgħażagħ li għandhom aktar inklinazzjoni lejn it-tagħlim prattiku u tekniku.”

“L-għażla li wieħed jitgħallem sengħa qatt m’għandha titqies bħala għażla ta’ inqas valur minn karriera akkademika. Il-ħaddiema tas-sengħa huma professjonisti u jistħoqqilhom l-istess rispett, inkoraġġiment u appoġġ.”

L-MDA temmen li l-iskejjel moderni tal-artiġjanat għandhom jirriflettu l-ħtiġijiet tal-ekonomija tal-lum. Dawn għandhom jinkludu s-snajja’ tradizzjonali, flimkien ma’ metodi moderni ta’ kostruzzjoni, sistemi elettriċi u mekkaniċi, enerġija rinnovabbli u teknoloġiji ġodda.

L-industrija għandha wkoll tkun involuta fl-iżvilupp tal-korsijiet u tal-apprendistati, sabiex it-taħriġ ikun jirrifletti l-ħtiġijiet reali tal-post tax-xogħol u jipprepara liż-żgħażagħ għall-opportunitajiet li jeżistu fis-suq tax-xogħol.

L-MDA tħares ’il quddiem biex tikkontribwixxi b’mod attiv fil-proċess ta’ konsultazzjoni.