The Malta Developers Association welcomes in the most positive manner the news announced by Infrastructure Minister Ian Borg that laws on protection against fires in buildings are to be consolidated as part of the reform in the construction sector.
As the Minister rightly said, the law on security against fires in buildings is currently sporadic and fragmented, and the MDA feels that this reform, which will enable the law to be strengthened in this area, is urgently needed.
The Planning Authority at present requires a report on fire safety in places that are open to the public and in garage complexes, which are often below street level.
In the light of the recent incident in which a person suffocated in the common parts of a block of apartments, it is clear that even regulations on these apartment blocks, which consist of a number of separate residences and duplexes, are needed.
The MDA is prepared to co-operate with the Government on this issue by giving its advice in the drawing up of new regulations that will lead to the strengthening of precautions against the dangers of fires in buildings.
21 February 2018
——————–
L-MDA favur tisħiħ fil-liġi biex ikun hemm protezzjoni aħjar kontra n-nirien fil-bini
Il-Malta Developers Association (MDA) tilqa’ bl-aktar mod pożittiv l-aħbar mogħtija mill-Ministru tal-Infrastruttura, Ian Borg, illi l-liġijiet dwar il-protezzjoni kontra n-nirien fil-bini se jkunu konsolidati bħala parti mir-riforma fis-settur tal-kostruzzjoni.
Kif qal tajjeb il-Ministru, attwalment il-liġi dwar is-sigurtà kontra n-nar fil-bini bħal issa hija waħda sporadika u frammentata u l-MDA tħoss li din ir-riforma li permezz tagħha jkun hemm tisħiħ fil-liġi dwar din il-kwestjoni hija waħda meħtieġa urġentement.
Fil-preżent l-Awtorità tal-Ippjanar tesiġi rapporti dwar ‘fire safety’ f’postijiet li jkunu miftuħa għall-pubbliku u f’kumplessi ta’ garaxxijiet li ħafna drabi jkunu taħt il-livell tat-triq.
Fid-dawl tal-inċident riċenti li fih persuna fgat bid-duħħan fil-partijiet komuni ta’ blokk ta’ appartamenti, jidher li hemm bżonn ta’ regolamentazzjoni anki fi blokki li jkunu jinkludu numru ta’ residenzi separati, bħal appartamenti u duplexes.
L-MDA lesta biex tikkopera mal-Gvern fuq din il-kwestjoni billi toffri l-pariri tagħha għat-tfassil ta’ regolamenti ġodda li jwasslu għall-iskop li jissaħħu l-prekawzjonijiet kontra l-periklu tan-nirien fil-bini.
21 ta’ Frar 2018