The Malta Developers Association refers to a report and video in a news blog concerning the demolition of a building in Siggiewi.
From the video, it is obvious that the demolition contractor is not following an approved construction method statement that binds the owner of any such works on the methods he is permitted to use to demolish an existing structure. Moreover, it is also obvious that no safety precautions were taken in order to protect pedestrians, passing traffic and the workmen on site.
Once again, MDA appeals to the authorities to take harsh measures against such rogue contractors. Besides increasing fines, the time has come for contractors carrying out demolition works to be licensed, with the suspension of their licence being a possible punitive measure, besides fines, in such circumstances.
8 April, 2017
———————
L-MDA tistenna li tittieħed azzjoni kontra kuntratturi amateurs
Il-Malta Developers Association (MDA) tirreferi għar-rapport u l-video fi news blog fuq it-twaqqigħ ta’ binja fis-Siġġiewi.
Mill-video, hu ċar li l-kuntrattur li kien qiegħed iwaqqa’ ma kienx qiegħed isegwi construction method statement approvat li jorbot is-sid ta’ dawn it-tip ta’ xogħlijiet fuq il-metodi li hu permess li juża biex iwaqqa’ struttura eżistenti. Barra minn hekk, hu ovvju wkoll li ma ttieħdux ebda prekawzjonijiet ta’ sigurtà biex jipproteġu n-nies għaddejjin fit-triq, it-traffiku fil-viċinanzi u l-ħaddiema fuq is-sit.
Mill-ġdid, l-MDA tappella lill-awtoritajiet biex jieħdu miżuri ħorox kontra dawn it-tip ta’ kuntratturi.. Apparti milli jiżdiedu l-multi, wasal iż-żmien biex dawk il-kuntratturi li jagħmlu xogħol ta’ twaqqiegħ ta’ bini ikunu liċenzjati. Fost il-miżuri ta’ pieni kontrihom f’ċirkostanzi bħal dawn jista’ jkun li l-liċenzja tagħhom tiġi sospiża, apparti milli jeħlu multi.
8 ta’ April, 2017