L-MDA attendiet laqgħa pożittiva mal-gvern permezz ta’ liema hija kellha l-opportunita illi tiddiskuti għadd ta’ proposti għall-baġit annwali għas-sena elfejn, sitta u għoxrin (2026) waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni fil-Berġa ta’ Kastilja mal-Prim Ministru l-Ministri kkonċernati.
Il-Proposti tal-MDA, bl-isem “Bini Sostenibbli li jħares l-ambjent” iffukaw fuq it-temiet ta’ kwalita’, is-sostenbbilta’ u l-affordabilta’ tal-proprijetajiet, fuq il-kwalita’ ta’ ħajja aħjar u reviżjonijiet oħrajn illij indirizzaw il-burokrazija.
Il-proposti inludew fost oħrajn; grants għal-ċertifikazzjonijiet tal-EPC, riduzzjoni fit-taxxa tal-bejgħ u xiri fuq proprjetajiet li għandhom gradi għoljin ta’ effiċjenza minn tmienja fil-mija għal ħamsa fil-mija għal-bini effiċjenti u għal wieħed fil-mija għal dawk b’enerġija żero u reviżjonijiet tal-iskemi tal-first time u second time-buyers b’tali mod illi jogħlew il-valuri tal-proprjetajiet u jiġu mwessajn l-applikabbilta tal-istess skemi.
Proposti mressqa inkludew ukoll rata ta’ taxxa ridotta fuq trasferimenti ta’proprjietajiet b’donazzjoni inter-vivos għal wieħed punt ħamsa fil-mija, żieda fil-paga minima kif ukoll invesitment fir-reġistru tal-artijiet u investiment f’diġitilizzazzjoni partikolarment fil-qasam tad-due dilligence u miżuri kontra l-ħasil tal-flus.
“L-għan tagħna huwa li noħolqu suq tal-proprjeta li hu aktar ġust, sostenibbli li jippremja l-kwalita u r-responsabbilta” qal Michael Stivala, President tal-Assoċjazzjoni.