L-MDA tilqa b ‘ sodissfazzjon ir riżultati pożitittivi mħabbra mill- Eurostat fejn jirriżulta illi Malta ttripplat is-sehem tagħha ta’ enerġija rinovabbli f’għaxar snin!

5th January, 2026

L-MDA tilqa b ‘ sodissfazzjon ir riżultati pożitittivi mħabbra mill- Eurostat fejn jirriżulta illi Malta ttripplat is-sehem tagħha ta’ enerġija rinovabbli f’għaxar snin! Ġie svelat ukoll illi s-sena l-oħra,  Malta laħqet aktar minn 17% tal-bżonnijiet tal-enerġija tagħha minn sorsi nodfa.  Dan huwa riżultat b’saħħtu li l MDA tilqa b’kuraġġ.  Permezz tat-taqsima tal-enerġija rinovabbli u sostenibbli, L-MDA ilha ghal dawn l-aħħar 10 snin taħdem mal- awtoritajiet ikkonċernati sabiex flimkien insaħħu l-iskemi f’pajjiżna u b’hekk il-poplu jkun jistgħa jinvesti f’sistemi ta’ enerġija nadifa għal ħajja iktar sostenibbli, kemm fir residenzi tagħna kif ukoll fil- postijiet tal-kummerċ.

Wara l-iskemi ta suċċess ghal sistemi rinovabbli fid -djar  għas-sena 2025,  il fondi gew eżawriti u kien hemm lista ta’ stennija għal ħafna applikanti ġodda.  Permezz ta’ diskussjonijit kostruttivi bejn l- MDA, immexxija mil kap tat-taqsima tas-sistema ta’energija rinovabbli, L-Ingineer Mario Cachia, u l-Ministeri kkonċernati, bi pjacir inħabbru li l-fondi li kien hemm bżonn ġew allokati biex dawn il-familji wkoll setgħu jibbenefikaw min sussidji fuq is-sistemi ta’ energija rinovabbli.

L MDA tibqa kommessa biex tkompli taħdem biex inkomplu nimmodernizzaw il-binjiet tagħna, sabiex mingħajr ma nitilfu mil-kumditajiet għal bżonnijiet tal-lum, ikollna djar li jistgħu faċilment jużaw anqas enerġija u jibbenefikaw min sistemi ta’ energija nadifa.  Din hija il-mixja lejn ħajja iżjedd sostenibbli.