L-MDA tħabbar il-Proposti tagħha għal-Baġit Annwali għas-sena 2025

Stqarrija Pubblika datata nhar l-erbatax (14) ta’ Settembru 2024

L-MDA ħabbret sitta u għoxrin proposta għall-baġist annwali għas-sena elfejn u ħamsa u għoxrin (2025) waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-Gvern fil-Berġa ta’ Kastilja.

l-MDA issostni illi l-Baġit għas-sena li ġejja huwa wieħed kruċjali, speċjalment fis-settur tal-Proprjeta’. Dan partikolarment il-għaliex għandu s-saħħa li jindirizza għadd ta’ nuqqasijiet osservati matul is-snin kif ukoll jista’ jħejji d-direzzjoni u l-pjan tal-Gvern għas-snin li ġejjin.

Il-Proposti tal-MDA iffukaw b’mod partikolari fuq temi ta’ kwalita’, is-sostenbbilta’ u l-affordabilta’ tal-proprijetajiet, fuq il-kwalita’ ta’ ħajja aħjar u reviżjonijiet oħrajn illijindirizzaw il-burokrazija. Il-proposti inludew fost oħrajn; riduzzjoni tat-taxxa fuq donazzjonijiet bejn il-familjari diretti, allokar ta’ fond permezz ta’ liema jiġu akkwistati proprietàjiet f’żoni urbani sabiex jiġu kkonvertiti fi’ spazzji ħodor li huma miftuħa għall-pubbliku kif ukoll il-possibilità li individwi illi ottjenew self mill-bank ikunu jistgħu inaqqsu l-imgħaxxijiet mit-taxxa ta’ dħul taghħom.


Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministri Clint Camilleri, Byron Camilleri u Jonathan Attard, is-Segretarji Parlamentari Andy Ellul u Omar Farrugia, il-Membru Parlamentari Chris Agius u l-Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Mark Mallia. Jirrapreżentaw lill-MDA Kien hemm Michael Stivala, Leon Chetcuti, Denise Xuereb,  Alfred Camilleri, Pierre Galea, Malcolm Mallia, Mario Cachia, Sandra Magri, Lauren Rampley, Andrew Xuereb u Matthew Zammit.

Lista sħiħa tal-proposti hija aċċessibli permezz tal-ħolqa: https://mda.com.mt/mda-budget-proposals/