Budget 2021: L-MDA bi 15-il proposta innovattiva biex l-ekonomija tirpilja ghal kulhadd

F’laqgha mal-Prim Ministru Robert Abela, il-Kunsill tal-MDA ipprezenta sett ta’ proposti studjati u innovattivi sabiex jigu kkunsidrati mill-Gvern fil-prezentazzjoni tal-Budget.

Il-15-il proposta tal-MDA huma mmirati li jibbenefikaw lil kulhadd, mill-kbir saz-zghir, filwaqt li jwasslu ghal izjed kunfidenza fis-suq u l-ekonomija, fi zminijiet bla precedent, minhabba l-imxija tal-pandemija Covid-19.

Fost il-proposti l-aktar important hemm:

 Estensjoni u emendi fl-incentivi l-godda li ddahlu wara l-Covid-19 konnessi ma tnaqqis tal-boll u taxi fuq il-kapital (capital gains) ghall-beneficcju kemm tal-bejjieh kif wkoll tax-xerrej,
 Introduzzjoni ta’ ghotjiet lil kulhadd fuq kull tip ta’ xoghol ta’ rinnovar ta’ faccati, titjib intern u rrangar ta’ binjiet u installazzjoni ta’ aktar facilitajiet favur l-ambjent bhala ma huma green roofs u roof gardens, u
 Tigdid tal-iskema tal-First Time Buyer u zieda tal-limiti konnessi ghal €200,000.

F’diskors ta’ introduzzjoni, il-President tal-MDA Sandro Chetcuti qal li minkejja li z-zminijiet li ninsabu ghaddejjin minnhom huma iebsa u bla precedent, l-industrija tal-kostruzzjoni wriet, ghal darb ohra, kemm hi b’sahhitha. Qal li minkejja li l-pajjiz jinsab f’nofs maltempata ekonomika kbira, l-industrija tal-propjeta’ baqghet iddawwar ir-rota minghajr il-bzonn ta’ interventi finanzjarji diretti minn naha tal-Gvern.
Qal li skond l-ahhar studju draw l-industrija, imhejji mill-KPMG, sa l-ahhar tas-sena 2019, l-industrija kienet qed timpjega mal-50,000 ruh, direttament u undirettament. Dan hu sinjal car li l-industrija xorta wahda tinsab fuq saqajha u l-introduzzjoni ta’ aktar incentive ghandhom jistimolaw aktar xoghol u jzidu l-kunfidenza fl-ekonomja.

Is-Sur Chetcuti qal li wara li f’Gunju li ghadda l-Gvern accetta li jimplimenta proposta tal-MDA, biex fid-dawl tal-pandemija, jitnaqqsu t-taxxi fuq il-bejgh tal-propjeta’, din kienet success kbir tant li fix-xhur ta’ wara gew registrati rekord ta’ konvenji.

Qal li bl-istess mod, l-MDA hija kunfidenti li jekk il-Gvern jaghzel li jimplimenta iktar proposti tal-MDA fil-Budget, tinghata rankatura gdida u tant mehtiega lill-ekonomija, f’sitwazzjoni fejn l-affarijiet ma tantx jidhru tajbin.

Fi prezentazzjoni dettaljata tal-proposti, id-Direttur Generali tal-MDA, Marthese Portelli, qalet li dawn huma frott ta’ konsultazzjoni wiesgha mas-setturi varji rapprezentati mill-assocjazzjoni.
Dr Portelli sahqet li filwaqt illi whud mill-proposti jistghu jinstemghu radikali, pero hemm bzonn illi wiehed jifhem illi fiz-zminjiet li qed nghixu fihom jittiehdu mizuri b’sahhithom u robusti, ghax hekk jehtieg biex l-ekonomija tiffacja l-isfidi kbar li ghandha.

“F’mumenti difficli bhal dawn, jehtieg rispons b’sahhtu u straordinarju,” qalet Dr Portelli.