L-MDA tappella għar-responsabbiltà politika u għal dibattitu bbażat fuq il-fatti

L-MDA tappella lill-Partit Nazzjonalista sabiex ma jippolitiċizzax sitwazzjonijiet delikati, bħal kontroversji dwar is-CEO li rnexxielu jagħmel differenza totali fl-aktar awtorità diffiċli, li dejjem kienet l-akbar sfida għal kull gvern.

Il-Partit Nazzjonalista għandu jkun proattiv u, biex jirbaħ il-fiduċja tan-negozji u investituri Maltin u Għawdxin, għandu jipproponi aktar riformi ġodda li tant għandna bżonnhom, u kif se jitwettqu, milli jaqa’ fit-tentazzjoni li jirkeb il-karru populista.

L-MDA dejjem insistiet fuq governanza tajba, qatt ma beżgħet titkellem meta kien hemm bżonn, u tappella lill-partijiet kollha sabiex jaġixxu b’responsabbiltà, mingħajr ma jaslu għal konklużjonijiet fuq suspetti u allegazzjonijiet mhux ippruvati.