Il-Kunsill tal-Malta Development Association laqgħet l-istedina ta’ delegazzjoni tal-PN immexxija mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg u ddiskutew flimkien l-isfidi u l-opportunitajiet li qed jiffaċċja s-settur tal-proprjeta’ u kostruzzjoni f’Malta.
Michael Stivala elenka dwar l-importanza ta’ dan is-settur għal pajjiżna u tenna illi s-settur m’għandux jintuża bħala ballun politiku. Il-President tal-Assoċjazzjoni spjega wkoll dwar l-ħtieġa li nindirizzaw il-problemi ta’ burokrazija żejda li ma ġġib ebda valur kif ukoll in-neċessita ta’ regoli ċari li jkunu aplikabbli għal kulħadd l-istess