MDA tilqa dan il-bagit b’mod pozittiv filwaqt li mhassba dwar nuqqas t’investiment kapitali.

Il-Malta Development Association tilqa b’ mod ġenerali l-Budget imħabbar illum mill-Ministru tal-Finanzi bħala wieħed pożittiv speċjalment mill-aspett soċjali.

Il-Gvern jista’ jagħmel dan it-tip ta’ Budget fejn ikun jistgħa: jnaqqas sostanzjalment l-income Tax għal familji, iżid in-nefqa fil-pensjonijiet u miżuri soċjali bħal dawn u anke li

jkun f’pożizzjoni li ma jintroduċix taxxi ġodda għaliex l-ekonomija baqgħet tikber. Is-settur tal-proprjeta u l-kostruzzjoni, minkejja l-kontroversjalita ta’ madwaru, isostni din

it-tip ta’ ekonomija illi jġib miegħu ukoll tkabbir f’setturi oħrajn. Infakkru, li s-settur tal-proprjeta’ u l-kostruzzjoni jikkontribwixxi għal erbatax fil-mija tal-valur miżjud b’mod

dirett u indirett.

Miżuri sbieħ soċjali bhal dawn huma sostenibbli biss minhabba t-tkabbir ekonomiku li

kellu pajjizna u li hemm bzonn li jitkompla fis-snin li gejjin, fost oħrajn u fuq kollox, il-propjeta’ u l-kostruzzjoni li wħud jimminaw u jissottovalutaw, huma kruċjali u jgawdi

minnhom kulħadd, budget wara budget.

L-MDA tinsab sodisafatta li dan is-settur se jkun jista’ jibbenefika minn programmi

ġodda u mtejjba għal modernizazzjoni tal-makkinarju u diġitalizazzjoni. Sodisfatta wkoll

bil-mizura li permezz tagħha min iħaddem ser ikun qed jigi mgħejjun fil-pagi ta’

ħaddiema li jkunu ilhom miegħu numru ta’ snin u li jibbenefikaw minn zidiet.

B’ sodisfazzjon ukoll l-MDA tinnota li tissemma l-inizjattiva ta’ Property Malta

Foundation, li se tkun qed tniegħdi l-proġett tal- Property Price Register, pjattaforma

online dinamika li tagħti lill- utenti, għall-ewwel darba f’Malta, aċċess għal dejta

komprensiva u metrika relatata ma’ tranżazzjonijiet kuntrattwali tal-proprjetà f’Malta.

Min naħa l-oħra l-MDA tinsab iddiżappuntata illi n-nefqa kapitali kompliet tonqos u dan jista

jwassal għal diversi problemi aktar il-quddiem.