Stqarrija Pubblika datata nhar l-Ewwel ta’ Lulju 2024

Niktbu b’referenza għad-demostrazzjonijiet riċenti ġewwa l-Qala, Għawdex, permezz ta’ liema, attivisti invadew u sussegwentament ivvandalizzaw proprjeta’ privata. Filwaqt illi l-MDA tirrikonoxxi d-dritt ta’ protest u sabiex iwasslu l-messaġġ tagħhom f’soċjeta demokratika, nenfasizzaw illi dan id-dritt ma jfissirx illi wieħed jista jieħu l-liġi b’idejh u jagħmel proprja l-kontra ta’ dak illi tippermetti, liġi li tiżgura ordni u ġustizzja.

Din il-ġrajja turi inkonsistenza gravissima minn lobby group illi filwaqt illi qiegħdin jallegaw illegalita f’sit, ikkommettew diversi atti illegali huma nfushom. Ċertament huwa inaċċettabli illi individwi jieħdu l-liġi b’idejhom u huma l-awtoritajiet illi għandhom jieħdu azzjonijiet u jippenalizzaw tali ksur.

L-MDA tirrokonixxi wkoll li hemm nuqqasijiet varji fis-sistema tal-Ippjanar f’Malta. In tant, l-MDA iżżomm ferm mal-pożizzjoni tagħha fejn konsistentament talbet aktar riformi u regolamenti illi ma jippermettux abbuż minn ebda individwu, inkluż ċertu iżviluppaturi li jagħmlu ħsara lil -isem tal-industrija. Di fatti, l-MDA tiddiskuti proposti mal-Awtoritajiet ikkonċernati fuq bażi regolari iżda temmen illi hemm bżonn aktar rieda politika sabiex jinbidlu proċeduri u proċessi varji.

B’dan magħdud, l-MDA tinsisti illi kwalsiasi diskussjoni għal sistema ta’ pjanar aħjar għanda ssir biss fil-konfini tal-liġi u permezz ta’ djalogu kostruttiv. L-MDA tibqa kommessa sabiex tiddiskuti mal-awtoritajiet u anke ma’ stakeholders u persuni interessati oħrajn modijiet li tassew jistgħu itejbu l-kwalita’ ta’ ħajja ta’ dawk il-persuni kollha involuti fl-industrija kif ukoll u b’mod partikolari, dawk il-Maltin u Għawdxin illi jiġu impattati b’xi mod mis-settur tal-Proprjeta’.