News

MDA insists its Budget proposals as agreed before general election

Saturday, September 16th, 2017

The Malta Developers Association presented a substantial document with concrete proposals for Budget 2018, some of which can be implemented immediately.

MDA President Sandro Chetcuti, who headed a delegation of Council members, augured that the Prime Minister and his Government would continue to achieve further progress and success in its endeavours to take the country to the next level. He praised Government’s initiatives that have truly brought the best of times in terms of employment and a booming economy.

Read more »

Both PN leadership contenders request meeting with MDA

Sunday, September 10th, 2017

The two Nationalist Party leadership contenders, Dr Adrian Delia and Dr Chris Said, held separate meetings with the Malta Developers Association Council. The meetings, held at the request of the two candidates, turned out to be two long, fruitful discussions.

Both Dr Delia and Dr Said acknowledged the good work of the MDA and its highly valid contribution to the country.

Read more »

older news

Perit Michael Falzon’s presentation of the MDA at the Business Breakfast 11 October 2011 at the Palace Hotel, Sliema

F’dawn l-aħħar tlett snin wieħed seta jinnota tnaqqis jew deprezzament fil-valur tal-proprjetà. Naturalment l-aktar li ntlaqtu b’mod negattiv huma dawk li xtraw fl-aħħar 5 snin!

Għalkemm sa issa għadna naraw il-proprjetà bhala investiment, ma nixtiequx li jiġrilna bħal ma ġralhom pajjiżi oħra – li tintilef il-fiduċja fil-proprjetà bħala investiment.

Il-messaġġi li l-Gvern jibgħat lill-industrija tal-proprjetà ħafna drabi huma konflinġenti. L-MDA tħoss ukoll li għandhom jonqsu t-tfixkil u inċertezzi bla bżonn u li jeżistu llum.

Dak li ġara meta l-iskema tal-Permanent Residents kienet sospiża għal 9 xhur sħaħ hu eżempju ċar ta’ nuqqas ta’ kjarezza fl-operat tal-Gvern.

–        ma kienx hemm bżonn 9 xhur sħaħ biex saru l-iskemi ġodda, 9 xhur li fihom kulħadd kien fid-dlam.

–        Il-problemi serji li nħolqu mhux l-għoli tal-valur minimu tal-proprjetà li trid tinxtara iżda fl-impożizzjoni ta’ ħlas (li l-Gvern qal li kien biss bond) ta’ €500,000 u €150,000 għal kull dipendent u l-bżonn li dak li jkun irid jgħix f’Malta 3 xhur. Dawn iż-żewġ kondizzjonijiet irrendew l-iskema mhix prattikament fattibli għal min mhux ċittadin tal-EU.

Sfortunatament hawn konfużjoni f’moħħ il-Maltin u l-barranin dwar din l-iskema. Din l-iskema mhux dwar barranin li jridu jixtru proprjetà f’Malta iżda dwar barranin li jridu status ta’ residenti permanenti bid-drittijiet li dan l-istatus jagħti lil dak li jkun. Il-barranin li jridu jkollhom proprjetà f’Malta iżda ma jridu ebda preferenza fit-tassazzjoni jew status ta’ residenti permanenti ma jidhlux f’din l-iskema.

Il-Gvern qed jgħid li minn 6,000 proprjetà li nbiegħu lill-barranin f’dawn l-ahhar 3 snin, 123 biss minnhom inxtraw minn xerrejja li riedu jidħlu fl-iskema. In-nuqqas ta’ direzzjoni ċara tidher mill-fatt li l-aktar li se jintlaqtu huma żvuluppi ta’ ċerta statura li jafu l-bidu tagħhom mill-bejgħ ta’ art li minnu l-gvern daħħal ħafna flus.

Hawn min hu ikkonċernat dwar kemm hawn djar vojta iżda ħafna minn dawn huma abbandunati u għandhom bżonn jew jitwaqqgħu u jerġgħu jinbnew, jew – fejn hu possibbli – jiġu irranġati. Dan ikun żvilupp sostenibbli għax ma jnaqassx mill-art mhux mibnija.

Smajna ħafna fuq żvillupp sostenibbli; pero’ sa issa inċentivi biex ikollna żvillupp sostenibbli ftit li xejn jeżistu! Għalhekk l-MDA temmen li hemm bżonn dawn l-inċentivi.

Fi ftit kliem, dawn jistgħu ikunu:

  • li jiġu evitati għal kollox proċeduri burokratiċi u l-applikazzjoni ta’ policies b’mod dejjaq u burokratiku.
  • Li ssir rikonsiderazzjoni tat-tariffi fuq l-applikazzjonijiet tal-iżvilupp li llum saru esaġerati u qed jitqiesu bħala taxxa ohra flok sempliċi ħlas ta’ servizz li jingħata lil min japplika.
  • Li ssir rikonsiderazzjoni tal-Capital Gains Tax li hija waħda mill-ogħla fl- Ewropa.

Meta l-proprjetà kienet tapprezza kuljum, dawn il-ħlasijiet setgħu ikunu inklużi fil-prezz tal-bejgħ iżda llum li l-proprjetà qed tinżel fil-valur, dawn saru piżijiet esaġerati.

L-MDA ilha twissi lil Gvern sabiex jieħu l-industrija tal-proprjetà bis-serjetà u mhux jikkonsidraha biss bħala sors ta’ dħul ta’ taxxi. Aktar u aktar meta għarajjes, familji u negozjanti Maltin u Għawdxin investew ġidhom fil-proprjetà f’pajjiżna.

Il-Banek jistgħu jiffaċċjaw problemi kbar jekk ma nieħdux ħsieb nantiċipaw l-isfidi kbar li ġejjin quddiemna f’din l-industrija li hija waħda mill-pilastri tal-ekonomija ta’ pajjiżna.

Il-bżonn li din l-industrija tkun stimulata – mhux sussidjata – jagħrfu kulħadd.

Għalhekk l-MDA tissuġġerixxi illi t-tariffi tal-applikazzjonijiet għall-iżvilupp b’mod ġenerali għandhom ikunu riveduti. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lit-tariffi imposti fuq żvilupp li jkun:

-         f’zoni urbani (UCAs) fejn l-iżvilupp għandu jkun inkoragit; u

-         f’zoni ta’ vilel fejn l-open spaces qed ikunu ikkalkulati daqs li kieku mibnija għal skopijiet ta’ tariffi u b’hekk qed ikun inkoraġġit l-overdevelopment f’dawn l-arei.

L-MDA qed tinsisti li tinbidel il-procedura li biha il-periti mqabbda mill-gvern qed jivvalutaw il-proprjetà wara li jkun sar l-kuntratt tal-bejgħ, procedura li qed twassal għal multi inġusti:

–        Il-perit li jintbagħat mill-gvern ma jistax ikun imparzjali għax il-klijent tiegħu huwa l-gvern.

–        Min għandu bżonn ibiegh b’irħis għal raġunijiet ta’ likwidità jew minħabba commitments tan-negozju m’għandhux ikun ikkastigat.

Il-Capital Gains Tax hija waħda mill-ogħla waħda fil-Mediterran u fl-Ewropa.

–        Nissuggerixxu illi l-għazla li wiehed ihallas 12% fuq il-prezz tal-bejgħ jew 35% fuq il-qliegh għandha tibqa b’mod permanenti.

–        Tnaqqis fil-Capital Gains Tax minn 12% għal 7% fuq trasferiment ta’ proprjetà u tnaqqis fuq it-taxxa tal-boll huma indikati f’dawn iċ-ċirkostanzi:

i.                     bini ġdid li jilħaq l-ogħla miri tal-EU Energy Performance of Buildings Directive. Il-bini li jkun disinjat b’din il-mira bilfors jiġi jiswa aktar minħabba spejjeż fil-materjal bħal dak għal insulation, u double glazing.

ii.                   Bini f’żoni urbani (UCAs) fejn kuljum qed jiġu vakanti numri ta’ djar u ħadd ma jrid imiss magħhom. Il-gvern għandu jħajjar lil min jinvesti f’dawn l-inħawi.

iii.                  Kuntratti fejn ix-xerrej ikun se jixtri dar għall-ewwel darba.

Flimkien mal-Federation of Estate Agents, l-MDA qed titlob li ssir sistema ta’ Final Withholding Tax fuq id-dħul mill-kiri ta’ postijiet residenzjali biex is-suq tal-kiri jkompli jikber billi jsir aktar użu ta’ djar vojta b’iżjed sforz sabiex proprjetà mitluqa tkun immodernizzata.

Għal skopijiet soċjali din is-sistema għandha tkun aktar favorevoli meta jkun hemm kuntratt ta’ kiri għal numru fiss ta’ snin p.e. minimu ta’ seba’ snin.

L-MDA tirrakkomanda it-tneħħija tal-ħlas bil-quddiem ta’ 1% li jsir mal-konvenju u tkun introdotta administration fee ta’ bejn €50 u €500 skont il-valur tal-konvenju. Dan għaliex f’ħafna negozju ikun jinħtieġ li ssir ħafna ricerka qabel mal-kuntratt ikun jista’ jsir u biex jispiċċa l-inkonvenjent li l-Gvern ikollu  jirrifondi lura l-flus f’każ li ma jsirx il-kuntratt.

Il-membri tagħha ma jridu ebda għajnuna jew sussidju mingħand il-gvern. L-ewwel ħaġa li għamilna kienet il-Code of Practice biex indaħħlu is-serjetà f’dan il-qasam.

Iżda min-naħa l-oħra ma jridu jsibu ebda xkiel burokratiku bla bżonn fix-xogħol tagħhom.

Sponsors

Platinum Sponsor

Motors Inc Iveco

Gold Sponsors