MDA welcomes the extension to the solar panels scheme

The Malta Developers Association Council is satisfied that, after holding discussions with the Government, it was agreed that the financial assistance scheme to Maltese families wishing to invest in solar panels has been extended by a further €2 million.

While the MDA recognises the success of this scheme which the government intended Maltese families to benefit from, it is committed to continue working with the Government, the authorities, including the Regulator for Energy and Water Services (REWS) and the alternative energy sector so that the sector will continue to grow at a more consistent pace.

In this way it is helping to reach the European Union targets up to 2020 for the use of clean energy and so that, at the same time, it will provide a strong source of work for the sector that is involved directly in alternative energy and other sectors that work with it indirectly.

The MDA, on behalf of its Alternative Energy Section, which today has grown substantially, will continue to do all that is necessary so that this sector will continue to be strengthened and a more beautiful environment will be created through sustainable development for Maltese citizens.

10 August, 2016

———————

L-MDA tilqa’ b’mod pożittiv l-estensjoni tal-iskema tal-pannelli fotovoltajiċi

Il-Malta Developers Association (MDA) turi s-sodisfazzjon tagħha għall-fatt li, wara diskussjonijiet li kellha mal-Gvern, l’iskema ta’ għajnuna finanzjarja lill-familji Maltin li jridu jinvestu fil pannelli fotovoltajici  ġiet imġedda b’€2 miljun oħra.

Filwaqt li l’MDA tirrikonoxxi s-suċċess tal-iskemi tal-gvern immirati għal dawn il-familji Maltin, hija impenjata li tkompli taħdem mal-Gvern, l-awtoritajiet, fosthom ir-Regolatur tas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS), u mas-settur tal-enerġija alternattiva sabiex is-settur ikompli jikber b’mod konsistenti.

B’hekk tgħin biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni Ewropeja sa s-sena 2020 fuq l’użu ta’ enerġija nadifa u fl-istess ħin huwa sors qawwi ta’ xogħol għas-settur li jaħdem b’mod dirett fl-enerġija alternattiva u sezzjonijiet oħra  li jaħdmu f’dan is-settur b’mod indirett.

L’MDA, f’isem is-Sezzjoni tal-Enerġija Alternattiva li illum kibret b’mod sostanzjali, tibqa’ tagħmel dak kollu meħtieġ biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ u jkompli jinħoloq ambjent aħjar u żvilupp sostenibbli għaċ-ċittadini Maltin.

10 ta’ Awwissu, 2016