MDA setting up a section for landlords

The Malta Developers Association is aware of the problems that are being faced in the rental market. The current situation allows for the abuses and injustices being carried out both by landlords and tenants.

MDA is also aware that Government is being lobbied to regulate the market so that abuses are minimised. While some regulation is necessary, MDA does not believe that a return to the situation where rents are controlled will help the economy since this will stunt the growth of the rental market.

In this situation, MDA has decided to set up a section for property owners who have invested in property for the rental market and have no one to represent them with the authorities.

MDA intends to give a voice to these property owners, while always believing in the need to curb abuses, irrespective of whether such abuse is committed by the tenant or the owner.

MDA is taking this step proactively and in the spirit that MDA has adopted since its foundation: it always tries to come up with solutions rather than just voicing its position.

2 October 2017

——————–

L-MDA ser twaqqaf sezzjoni għal sidien tal-kera

Il-Malta Developers Association (MDA) hija konxja tal-isfidi li hemm fis-suq tal-kera. Is-sitwazzjoni attwali tħalli lok biex kemm sidien tal-kera u inkwilini jabbużaw u jkun hemm inġustizzji.

L-MDA taf ukoll li l-Gvern qiegħed jiffaċċja pressjoni biex jirregola s-suq biex inaqqas l-abbużi. Waqt li hemm bżonn ta’ xi regolamentazzjoni, l-MDA mhix tal-fehma li għandna mmorru lura għal sitwazzjoni fejn il-kera tkun kontrollata għax b’hekk l-ekonomija ma’ tkomplix tikber peress li s-suq tal-kera jinżamm lura.

F’din is-sitwazzjoni, l-MDA ħadet id-deċiżjoni li twaqqaf sezzjoni għal sidien tal-proprjetà li investew fis-suq tal-kera u m’għandhomx min jirrappreżentahom mal-awtoritajiet.

L-MDA bi ħsiebha tagħti vuċi lil dawn is-sidien tal-proprjetà, waqt li dejjem temmen fil-bżonn li jitrażżnu l-abbużi, irrispettivament min jikkommettihom, sew l-inkwilin u sew is-sid.

L-MDA qegħda tieħu dan il-pass b’mod proattiv u fl-ispirtu li dejjem ħadet l-MDA minn mindu twaqqfet: li dejjem tipprova toħroġ hi b’soluzzjonijiet mhux sempliċiment tilmenta u tgħid x’inhi l-pożizzjoni tagħha.

2 ta’ Ottubru 2017