News

MDA insists its Budget proposals as agreed before general election

Saturday, September 16th, 2017

The Malta Developers Association presented a substantial document with concrete proposals for Budget 2018, some of which can be implemented immediately.

MDA President Sandro Chetcuti, who headed a delegation of Council members, augured that the Prime Minister and his Government would continue to achieve further progress and success in its endeavours to take the country to the next level. He praised Government’s initiatives that have truly brought the best of times in terms of employment and a booming economy.

Read more »

Both PN leadership contenders request meeting with MDA

Sunday, September 10th, 2017

The two Nationalist Party leadership contenders, Dr Adrian Delia and Dr Chris Said, held separate meetings with the Malta Developers Association Council. The meetings, held at the request of the two candidates, turned out to be two long, fruitful discussions.

Both Dr Delia and Dr Said acknowledged the good work of the MDA and its highly valid contribution to the country.

Read more »

older news

MDA presents Budget 2016 proposals to Prime Minister

The Council of the Malta Developers Association today presented the MDA’s proposals for Budget 2016 to the Prime Minister Joseph Muscat at Castille.

Dr Muscat was accompanied by Finance Minister Edward Scicluna and Parliamentary Secretary for Planning and Simplification of Administrative Processes Michael Falzon.

This is the full text of MDA President Sandro Chetcuti’s introductory remarks in front of the local media, to which the Prime Minister replied before the meeting continued in private:

Prim Ministru

Mill-aħħar attività pubblika li kellna, l-MDA kompliet tissaħħaħ fil-membri u ingħaqdu magħna l-FEA (Federation of Estate Agents), u s-sidien tal-barrieri u għadhom kemm ingħaqdu magħna is-suppliers tat-teknoloġija tal-enerġija alternattiva. Qegħdin naħdmu tabilħaqq biex ngħollu l-kwalità tal-iżvilupp f’pajjiżna għaliex pajjiż sabiħ bħal tagħna hekk jixraqlu.

20150924_114308

Aħna ninsabu pożittivi li l-bejgħ u l-kiri ta’ proprjetà ta’ kwalità ser jiżdiedu fis-snin li ġejjin.

Wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħna hu li nagħmlu suġġerimenti lill-Gvern, kif għamilna s’issa mhux biss għall-ġid tal-membri tagħna, iżda wkoll sabiex tissaħħaħ l-ekonomija u ngħinu biex ngħollu l-livell tal-kwalità tal-ħajja.

Irridu noqgħodu ferm attenti li nitgħallmu mill-iżbalji li saru fil-passat, speċjalment fejn jidħlu l-ambjent u l-ippjanar. Għaliex, bħal ma ġieli jiġri għal kull wieħed li jirnexxielu jabbuża mis-sistema, issir ħafna ħsara kemm lilna kif ukoll lill-pajjiż in ġenerali. Pajjiżna żgħir wisq; ma naffordjawx wisq aktar żbalji li jkunu ta’ detriment għall-ambjent u jeħtieġ li nikkonċentraw bis-serjetà biex nassiguraw żvilupp sostenibbli.

L-MDA dejjem ħadmet fl-interess tal-pajjiż għax dak huwa l-mandat tal-membri tagħna b’mod ġenerali. Aħna naħdmu ma’ kull Gvern sabiex ikun hawn level playing field u l-proposti li nagħmlu ikunu win-win situation mat-taxpayer. L-MDA ser tkun vuċi bħal ma hi dik ta’ NGOs oħra biex ma nħallu lok għal ebda tip ta’ abbuż.

Għażiż Prim Ministru, inti tista’ tixhed li kull proposta li tajnik u li kienet aċċettata mill-Gvern tiegħek tista’ tgħid waħda wara l-oħra ħalliet il-frott, kemm għall-membri tagħna u wisq aktar fl-ekonomija ġenerali. Saħansitra id-dħul tal-Gvern żdied b’mod sostanzjali kemm ilhom li ħadu r-ruħ il-kostruzzjoni u s-suq tal-proprjetà.

20150924_115202

Ex First time buyers scheme

Bħal ma dejjem għamilna kull sena lill-Gvern għamilnilu l-proposti tagħna għall-Budget – proposti li mhux biss iżommu sentiment pożittiv fis-suq tal-proprjetà, imma gawdew magħna ħafna setturi differenti. Bħalma taf, aktar kmieni din is-sena tajna lilek u lill-Ministru tal-Finanzi l-proposti tagħna għall-Budget 2016. Dawn huma iffukati biex, b’saqajna mal-art, inżommu l-momentum tal- feel good factor u kunfidenza u fiduċja li hawn bħalissa. Fost numru ta’ proposti xtaqt naċċenna għal tlett miżuri partikolari. Qed inressqulek proposta differenti mill-iskema tal-First time buyer immirata sabiex inkomplu ngħinu lil min għadu se jibda d-dinja u ser jaħseb biex jibni familja.

Final Withholding Tax fuq kirjiet ta’ proprjetajiet kummerċjali

Ipproponejna wkoll li jiddaħħal il-prinċipju tal-Final Withholding Taxfuq kirjiet ta’ proprjetajiet kummerċjali. Kienet l-MDA li xprunat l-idea ta’ FWT fuq dħul minn kirjiet residenzjali u bis-saħħa ukoll tal-IIP id-domanda għall-kiri kibret b’mod fenomenali u ħafna bini vojt qed jinkera.

Proprjetajiet vojta

Fost il-proposti li tajnik, l-aktar waħda radikali li qed nipproponu hi tabilħaqq pro-environment. Ilna ħafna nisimgħu l-karba dwar proprjetajiet vojta li numru kbir minnhom huma żdingati u abbandunati u anke ta’ periklu, tant li ma jistgħux jintużaw fl-istat li qegħdin fih. Hawnhekk mhux biss għandu jidħol l-obbligu li s-sidien tal-proprjetà li ma jistgħux iħallu proprjetà f’dan l-istat, iżda qed nissuġġerixxu wkoll inċentivi prattiċi li jħajjru ħafna ir-riġenerazzjoni ta’ dawn il-binjiet. Nemmnu li f’dan il-każ il-Gvern għandu jadotta attitudni ta’ carrot and stick.

Minkejja li l-ekonomija sejra tajba, Prim Ministru, is-sistema qed tfalli fejn tidhol il-burokrazija żejda u ineffiċjenzi. L-MDA tinnota li meta jittieħdu ċerti deċiżjonijiet hawn ħafna min jaġixxi qisu għandu għamad li ma jħallihx jara l-istampa kollha. Kultant mhux bilfors li s-sistema hi ħażina però min iħaddimha irid ikollu l-ħila u l-kapaċità li jkun prattiku, jifhem iżjed u verament ikun kompetenti f’xogħolu.

MDA dejjem tat suġġerimenti ġenwini

Kull min ikkonsulta magħna bis-serjetà, m’għandniex l-iċken dubju li ma ddispjaċihx meta laqa’ s-suġġerimenti ġenwini tagħna. Każ tipiku hu d-dokument ġdid tal-MEPA DCC2015. Meta bħal fil-każ tal-policy tal-petrol stations fejn ġejna injorati, jidher ċar li diġà ir-riżultat ta’ din il-policy se tħalli impatt negattiv għax ma kinitx tagħmel sens kif ġiet imfassla u ħiet implimentata.

Nixtieq infaħħar l-inizjattiva tal-Gvern immexxi minnek fejn nieda l-ODZ policy, illi permezz tagħha illum m’għadux permissibbli ċertu żvilupp kontroversjali li kien qed isir barra miż-żona ta’ l-iżvilupp.

Prim Ministru, bi ftit fine tuning tista’ taqta’ kull tip ta’ abbuz fl-ODZ. L-MDA tisħaq, li m’għandniex inkomplu nibnu aktar bini fuq art agrikola fil-kampanja, iżda għandna nikkoncentraw biex intejbu l-kwalità tal-prodott f’żoni permissibbli għall-bini.

Nassigurak pubblikament li m’għandna l-ebda pressjoni mill-iżviluppaturi membri tagħna biex tkompli tikber iż-żona tal-iżvilupp.

Għalkemm hemm xi anomaliji ovvji li jridu jiġu ndirizzati, biss aħjar itul il-proċess sabiex jiġu ffinalizzati l-pjanijiet lokali, milli jsiru bil-għaġġla u jinħolqu anomaliji ġodda.

Prim Ministru, overall ninsabu ottimisti illi fiż-żmien li ġej jirnexxielna nirbħu aktar fiduċja billi nibdlu l-perċezzjoni fuq il-construction industry. Grazzi għall-MDA, li se tiċċelebra l-ħames anniversarju tagħha, mhix tibża’ tesprimi ruħha favur ambjent aħjar, anke a detriment li tista’ titlef xi membru minn tagħha. Filwaqt illi rridu nagħfsu kemm nifilħu biex id-deċiżjonijiet jittieħdu malajr, irridu wkoll inkunu serji biżżejjed biex l-affarijiet isiru sew. Grazzi.

Sponsors

Platinum Sponsor

Motors Inc Iveco

Gold Sponsors