MDA Community Chest Fund Charity Dinner

Fuq talba tal-President ta’ Malta, għandi pjaċir nistiednek nhar il-Ħamis, 2 ta’ Lulju, 2015, fit-20:00, fejn l-MDA ser tkun qed torganizza serata flimkien mal-Eccellenza Tagħha Marie-Louise Coleiro Preca.

Filwaqt illi l-MDA bħal dejjem għandha pjaċir tlaqqa’ l-membri tagħha f’okkażjonijiet matul is-sena, din id-darba l-għan principali huwa wieħed purament nobbli.

Grazzi għall-Montekristo Estates, id-donazzjonijiet kollha li ħa jinġabru minn din is-serata ser imorru għall-Community Chest Fund.

Biex tikkonferma l-attendenza tiegħek u ta’ xi mistednin jekk jogħġbok ikkuntatjana mill-aktar fis possibbli, mhux iktar tard mill-25 ta’ Gunju, 2015.

Donazzjoni ta’ €60 kull persuna.

Data : il-Ħamis, 2 ta’ Lulju, 2015
Ħin : 20:00
Post : Montekristo Estates, Ħal Farruġ
Dress Code : Smart/Casual
R.S.V.P. : telephone 7949 2095 jew e-mail [email protected].